Aktar Maltin isiefru f’Awwissu

L-għadd ta’ Maltin u Għawdxin li siefru f’Awissu kien ta’ 38,580 – żieda ta’ 1.9 fuq l-istess xahar is-sena l-oħra.

Stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li 86 fil-mija marru lejn pajjiżi memrbi tal-Unjoni Ewropea, l-aktar lejn l-Italja (22 fil-mija) u l-Ingilterra (19 fil-mija).

Kważi id-destinazzjonijiet ewropej l-oħra kollha rreġistraw tnaqqis.

Fl-ewwel tmien xhur tas-sena, kienu 229,738 il-Maltin u Għawdxin li siefru, żieda ta’ 10 fil-mija, u 87 fil-mija marru lejn pajjiżi membri tal-UE.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Il-Malta Public Transport nidiet l-ewwel karozza tal-linja li taħdem 100% bl-elettriku fi proġett pilota biex tistudja l-possibiltà li vetturi ta’ dan it-tip jibdew ikunu parti mill-flotta. Konrad Pule mill-Malta Public…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Qorti

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar. Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih. Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra…

Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Aktar