Barranin
Aktar minn 200 dar fl-Awstralja nqerdu għalkollox fin-nirien li qed jaħkmu l-kosta tal-pajjiż

Mill-bidu tal-ġimgħa sal-lum, tal-inqas tmien persuni mietu fix-xlokk tal-Awstralja. Żewġ persuni għadhom ma nstabux.

Seba’ persuni hu kkonfermat li mietu fl-istat ta’ New South Wales u persuna oħra tilfet ħajjitha f’Victoria. Fost il-mejta missier u iben, u pumpier volontarju ta’ 28 sena.

Aktar minn 200 dar fl-Awstralja nħarqu u nqerdu għalkollox fin-nirien li qed jaħkmu l-kosta tal-pajjiż.

“It’s just mind-boggling, just terrible, terrible.”

Eluf ta’ persuni lbieraħ ħarbu lejn il-bajjiet billi n-nar dawwar il-bliet fejn joqogħdu. Is-sitwazzjoni ikkalmat xi ftit fl-aħħar sigħat u triq ewlenija f’Victoria reġgħet infetħet għal sagħtejn bil-għan li aktar nies jaħarbu mill-periklu.

“A feeling of helplessness when people have lost everything it’s very difficult to console them. But what we can do is just make sure that they know they are supported, that we are trying to get both emergency supplies but also information and that’s what people are craving the most.”

Eluf ta’ pumpiera qatgħu l-ewwel sigħat tas-sena l-ġdida jikkumbattu kontra aktar minn mitt każ ta’ nar fi New South Wales biss.

L-Erbgħa filgħodu r-residenti bdew jevalwaw il-ħerba li ħallew warajhom in-nirien. Ħafna minnhom spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.

Għalkemm it-temperaturi bdew neżlin, l-arja għada tqila fiż-żoni affettwati bin-nirien.

Fil-jiem li ġejjin, b’mod partikolari s-Sibt, it-temperatura mistennija terġa’ togħla.