Kultura
Aktar minn 200 tifel u tifla jieħdu sehem f’attivitajiet li saru f’siti ta’ Heritage Malta

Aktar minn 200 tifel u tifla ta’ bejn il-ħames snin u l-ħmistax-il sena, dan is-sajf, użaw il-passaport ta’ Heritage Malta biex mhux biss żaru wieħed mis-siti tagħha, iżda biex ħadu sehem f’attivitajiet li ġew organizzati apposta għalihom. L-attività tal-lum saret fil-MUŻA.

Grupp ta’ tfal ta’ bejn il-ħamsa u seba’ snin qatgħu lejlet Santa Maria fil-mużew nazzjonali tal-arti – MUŻA.

Flimkien mill-ġenituri tagħhom, it-tfal raw mill-qrib ix-xogħlijiet ta’ Antonio Sciortino u Victor Pasmore. Gwida ta’ Heritage Malta ffoka fuq żewġ biċċiet tal-arti partikolari. ‘Speed’, meqjusa bħala waħda mix-xogħlijiet l-aktar importanti li ħarġu minn idejn Antonio Sciortino u l-aħħar xogħol li għamel Victor Pasmore qabel miet. Xogħol li jista’ jitqies bħala sintesti tal-istil tiegħu f’Malta b’forom sempliċi, linji dinamiċi u simboli.

Matul iż-żjara tagħhom fil-MUŻA, it-tfal kellhom ċans jesprimu l-kreattività tagħhom flimkien mal-artisti Ryan Galea u Philip Taliana.

Ryan Galea qal “flimkien ma’ membri mill-Heritage ġejna nduru l-mużew qabel biex naraw x’hawn addattat biex ipinġu t-tfal. Waħda mill-akbar kollezzjonijiet li hawn f’dan il-mużew hija dik tax-xogħol ta’ Antonio Sciortino u naħseb waħda mill-aktar xogħlijiet remarkable hija ż-żiemel – speed – allura naħseb interessanti ħafna li nipprovaw inpingu ż-żiemel biċ-charcoal ħalli jkunu jistgħu jdelku u joħolqu l-ispeed b’dak il-mod.”

Ispirati mix-xogħlijiet ta’ Victor Pasmore, it-tfal esperimentaw ukoll bl-arti astratta.

Philip Taliana qal “tajjeb li nkunu nafu l-etajiet tat-tfal li se jkollna u l-artisti li ħa nkunu qed nitkellmu fuqhom ukoll. Inti ovvjament trid tagħmilha faċli kemm jista’ jkun għat-tfal kemm biex tfehmhom u kemm biex ipenġu u fl-istess ħin jitgħallmu wkoll.”

Din kienet waħda mill-attivitajiet li Heritage Malta qed torganizza apposta għat-tfal matul is-sajf. S’issa ftit aktar minn mitejn tifel u tifla ta’ bejn il-ħames snin u l-ħmistax-il sena hadu sehem fid-diversi attivitajiet li Heritage Malta organizzat fil-mużewijiet u s-siti tagħha. L-attivitajiet li jibqgħu sejrin sa nofs Settembru u jinkludu lezzjonijiet tal-arti, stejjer, sessjonijiet ta’ kitba u l-ħolqien ta’ ‘comics’.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ħass li kellu jattendi għas-summit tal-Kunsill Ewropew għax hu l-Prim Ministru tal-pajjiż u xogħlu huwa li jirrappreżenta lil Malta. Huwa qal dan fl-isfond li…

Politika

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista: Chris Fearne u Robert Abela ddikjaraw li Konrad Mizzi mhux ser jkun fil-kabinett tagħhom għalkemm jibqa’ fil-grupp parlamentari Laburista. Intervistati fil-programm Dissett, Dr Fearne u…

Lokali

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO qalet li minħabba ħsarat is-servizzi tal-internet kemm dak fiss, kif ukoll tal-mobile mhumiex qegħdin jaħdmu. Fuq Facebook il-kumpanija qalet li konsegwenza ta’ din il-ħsara, iċ-channels diġitali tal-call centre huma…

Aktar