Lokali
Aktar minn 3,000 persuna qed jistennew akkomodazzjoni soċjali

3,212-il persuna minn 72 lokalità differenti qed jistennew akkomodazzjoni soċjali.

Minn statistika li ppreżenta fil-Parlament il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon joħroġ li l-aktar nies li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali ġejjin minn San Pawl il-Baħar, b’total ta’ 221 persuni.

Waqt li kien qed iwieġeb għad-domanda Parlamentari tad-Deputat Laburista Glenn Bedingfield, Dr Falzon spjega li 63 Għawdxi qed jistennew akkomodazjoni soċjali, bi 12 minnhom ġejjin mir-Rabat.

Lanqas residenti li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali ġejjin mill-Kappara, Paceville u San Lawrenz Għawdex, fejn minn kull lokalità hemm persuna waħda.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-qorti ordnat kumpens ta’ €463,465 għal tfajla li spiċċat fuq siġġu tar-roti wara inċident fil-Qawra. It-tfajla; Vladyslava Kravchenko, disa’ snin ilu kienet f’party ħdejn Fra Ben, meta l-apparat tad-dawl waqa’…

Lokali

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara. Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’…

Lokali

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba. Il-ħajja mhix logħba . . ….

Lokali

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv…

Aktar