COVID-19
Aktar minn 30,000 każ ġdid fi Franza ta’ COVID-19

Fi Franza kien reġistrat l-ikbar numru ta’ infezzjonijiet ta’ Covid-19 ġodda f’ġurnata waħda. Franza rreġistrat aktar minn 30,500 każ ġdid.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed twissi li hemm bżonn jittieħdu miżuri iebsa għax dawn huma assolutament neċessarji biex ikunu salvati l-ħajjiet tan-nies.

Fl-Ewropa miljuni ta’ ċittadini qed jerġgħu jgħixu taħt miżuri stretti fi ġlieda kontra l-imxija tal-coronavirus.

F’Londra fir-Renju Unit u fi bliet oħra minn għada ma jistgħux isiru attivatijiet soċjali fuq ġewwa għax ser jitpoġġew fuq l-ogħla grad ta’ allert.