Unjoni Ewropea
Aktar minn 30,000 parteċipant fil-programm tal-Erasmus+ 2014-2020

Mill-2014 ’l hawn, investiment ta’ €55 miljun f’714 -il proġett, sarraf f’aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ u fis-settur edukattiv, biex ikollna soċjetà aktar b’saħħitha.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-konferenza dwar l-għeluq tal-programm ta’ fondi tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Dr Zrinzo Azzoppardi, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-EUPA u Koordinatur Nazzjonali tal-Programm Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, is-Sur Joseph Schembri, faħħru s-suċċess tal-allokazzjonijiet ta’ fondi fil-programm tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2014-2020.

Dr Zrinzo Azzopardi enfasizza l-benefiċċji li proġetti bħal dawn iħallu fuq l-iżvilupp personali u professjonali taż-żgħażagħ. Għaldaqstant, huwa saħaq li dawn il-proġetti jservu ta’ investiment fil-futur tal-pajjiż. Dr Zrinzo Azzopardi qal li issa hemm bżonn ta’ aktar investiment fil-Programm tal-Erasmus+ 2021-2027, sabiex inkomplu nibnu fuq il-programm kurrenti, inżidu l-parteċipazzjoni ta’ aktar individwi u nżidu l-proġetti inklussivi għal soċjetà aħja