Aktar minn 700 arma se jiġu rkantati fid-Depot tal-Pulizija

Aktar minn 700 arma tan-nar fosthom rifles li kienu jintużaw mill-Ġermaniżi fit-Tieni Gwerra Dinjija, armi antiki tal-Pulizija u armi oħrajn li ġew konfiskati għax ma kinux liċenzjati jew intużaw f’xi reati, il-ġimgħa d-dieħla se jiġu rkantati.

Fl-irkant, se jkun hemm ukoll mal-120 vettura tal-Pulizija li għamlu żmienhom u issa se jinbiegħu fl-irkant.

Kollezzjonisti tal-armi ser ikollhom xalata biex jakkwistaw armi antiki u ta’ ċertu preġju anke għaliex uħud minnhom kienu tal-Korp tal-Pulizija. Dan wara li l-korp tal-pulizija ddeċieda li jnaddaf l-ixkafef tiegħu minn armi li ilhom snin fl-imħażen tal-Pulizija u issa ddeċieda li jinbiegħu għal prezz deċiż mid-daqqa tal-martell.

Mis-Sibt li ġej sal-Ġimgħa 27 ta’ Frar, l-armi kollha se jkunu għall-wiri f’waħda mis-swali fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

Fl-irkant se jkun hemm armi li għandhom aktar minn 100 sena u oħrajn li possibbilment intużaw fit-Tieni Gwerra Dinjija.

B’kollox f’Malta hawn aktar minn 90,000 arma tan-nar reġistrata. U dan minbarra l-armi li huma proprjetà tal-Korp tal-Pulizija. Uħud mill-armi jinsabu għand ftit aktar minn 1,200 persuna liċenzjati bħala kollezzjonisti tal-armi.

L-irkantatur Pierre Grech Pillow qal li fl-irkant ma jistgħux jieħdu sehem ħaddiema tal-Gvern u mhux l-armi kollha jeħtieġu liċenzja.

Għalkemm fl-irkant se jkun hemm armi antiki tal-Pulizija, il-Korp ħaseb li jżomm uħud minnhom għall-mużew tal-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Jisimha bil-Franċiż, kitibha Taljan, u llejla kantaha żagħżugħ Malti. Karl Schembri għadu kemm għalaq it-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ bil-kanzunetta “L’amour toujours” tad-DJ popolari Taljan Gigi D’Agostino. Liema…

Lokali

Il-Ħadd li għadda, Destiny għalqet l-ewwel Live Show fost iċ-ċapċip tal-pubbliku bil-kanzunetta “Higher Love” tal-artista idolu tagħha, Whitney Houston. U, illejla, Destiny kantat fid-disa’ post bil-kanzunetta “I Will Survive”. Liema…

Lokali

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall”…

Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Aktar