Xogħol
Aktar minn 7,500 ħaddiem jirċievu kumpens finanzjarju

Fl-aħħar tliet snin, aktar minn 8,100 persuna jew werrieta tagħhom ħadu bejniethom aktar minn 44 miljun ewro f’kumpens finanzjarju li jagħmel tajjeb għal anomaliji li kellhom meta kienu għadhom jaħdmu. Il-ħlasijiet ta’ din is-sena qed isiru f’dawn il-jiem, waqt li l-Gvern diġà alloka tlettax-il miljun ewro oħra għall-ħlasijiet li se jsiru s-sena d-dieħla.

Aktar minn sebat elef u ħames mitt persuna se jirċievu kumpens finanzjarju li jpatti għal anomaliji u inġustizzji li għaddew minnhom meta kienu għadhom jaħdmu. Ex ħaddiema tal-korpi, ex ħaddiema tax-xatt, membri tal-korp tal-pulizija, ex ħaddiema tal-Gas Board u tal-Malta Electricity Board se jieħdu bejniethom ħdax-il miljun u seba mitt elf ewro.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja Mark Musu spjega li l-akbar għadd ta’ benefiċċarji – madwar tlett elef – huma ħaddiema li kienu fil-korpi tax-xogħol qabel ma daħlu fis-servizz pubbliku f’Jannar tal-1979.

Qal li għall-ewwel darba se jingħata kumpens lil ex membri tal-korpi li kienu qalbu mas-settur pubbliku u lil ex ħaddiema tal-Gas Board. Is-Sur Musu qal li l-ex ħaddiema tal-korpi u tal-Gas Board bejniethom se jirċievu madwar seba’ miljun ewro.

656 ex ħaddiem tax-xatt jew l-eredi tagħhom se jirċievu bejniethom żewġ miljun u seba’ mitt elf ewro kif mifthiem mal-General Workers’ Union.

Ftit aktar minn elfejn u ħames mitt uffiċjal tal-pulizija, li ma kinux tħallsu għas-sahra li għamlu bejn Settembru tal-1993 u Diċembru tal-2009, se jingħataw kumpens ta’ żewġ miljun ewro. Is-Sur Musu qal li l-ħlasijiet qed isiru skont il-qbil li hemm mal-unions tal-pulizija.

Żied jispjega li din is-sena l-ex ħaddiema tal-Malta Electricity Board se jieħdu l-aħħar pagament tagħhom. Qal li dan hu każ li jmur lura kważi ħamsin sena.

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li l-Gvern ma kellu l-ebda obbligu legali li jħallas għal dawn l-ingustizzji tal-passat iżda din kienet wegħda elettorali, li bdiet titwettaq fl-2017.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern iħossu moralment obbligat li jagħti dan il-kumpens. Saħaq li dan jista’ jsir għax l-ekonomija hija b’saħħitha.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Charlayne Galea, segretarja f’kumpanija tad-diving ibbażata x-Xlendi, rebħet il-Premju Ħaddiem tas-Sena fil-qasam tat-turiżmu mogħti mill-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu. Matul is-serata ta’ premjazzjoni ġew rikonoxxuti l-aħwa Ġużeppi u George Said għall-kontribut u…

NGOs

Imprenditur ewlieni ta b’kemm jiswew €7 miljun f’ishma tal-kumpanija lil numru ta’ għaqdiet filantropiċi. Paul Gauci, li għandu l-maġġoranza tal-ishma tal-grupp kummerċjali PG, għamel id-donazzjoni lill-ħames għaqdiet filantropiċi, bit-tir li…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena nqabad fil-fatt mill-Pulizija meta llum daħal f’dar f’Bormla, biex allegatament jisraq. Kienu għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati minn persuna li qalet li rat…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana kellhom laqgħa mal-Kunsill tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex. Il-Kamra qalet fi stqarrija li l-laqgħa kienet pożittiva u matulha ġew diskussi diversi…

Aktar