Kronaka
Aktar minn €15,000 mhux iddikjarati maqbudin fl-MIA

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta.

L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu kkonfiskati l-flus li jaqbżu l-ammont ta’ €10,000.

Sa mill-bidu ta’ Jannar 2019, il-Dipartiment tad-Dwana interċetta total ta’ €891,936  fi flus mhux iddikjarati fi 38 każ separati.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 22 sena kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ntlemaħ mill-Pulizija jagħti d-droga lil sieħbu waqt lejl ta’ divertiment f’Paceville. Kien lejliet l-Ewwel tas-Sena tal-2016, meta Surġent u…

Politika

Rappreżentanti tal-PN ħawlu 55 siġra f’Wied Għollieqa immaniġġjat mill-għaqda Nature Trust, fl-okkażjoni tal-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza. Is-siġar li tħawlu huma tal-ħarrub, taż-żebbuġ, taż-żnuber, tal-alaternu, tar-rihan, ta’ klin u taċ-ċipress. Il-Kap…

Festi

Fid-dawl tal-każ tal-Kappillan Deo Debono li qed jiġi implikat fis-serqa ta’ arti sagra, is-sagristan tal-parroċċa kkonferma ma’ TVM li l-festi esterni ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta tħassru. Ikkuntattjat minn TVM,…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jemmen li l-Ewroparalamentari Nazzjonalisti ser jimxu mad-direzzjoni tal-partit u jivvutaw favur in-nomina ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew fl-aqwa interess tal-pajjiż. Intervistat ilbieraħ filgħaxija fid-Dar…

Aktar