Barranin
Aktar minn miljun każ ta’ Covid-19 fl-Italja

Jabżu l-miljun il-każijiet ta’ Covid-19 fl-Italja hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 32,961 każ ġdid u 623 vittmi.

Minn 11-il xahar mindu l-pandemija ġabet l-Italja għarkupptejha, it-total ta’ infettati, b’dawk imfejqa u l-vittmi huwa ta’ 1,028,424.

Ir-reġjun ta’ Lombardia għadu jirreġistra l-akbar żieda ta’ każi ġodda ta’ Covid-19, b’Campania u Piemonte jsegwuh.