Divertiment
“Aktar minn nofs tal-persuni LGBTIQ ma jħossuhomx siguri f’Paceville” – Alex Caruana

Aktar min nofs tal-persuni kollha LGBTIQ li jiffrekwentaw il-mekka tad-divertiment ta’ Paceville ma jħossuhomx siguri.

Dan joħroġ minn studju tal-Malta Gay Rights Movement fid-dawl ta’ diversi rapporti fil-midja ta’ persuni LGTBIQ li ġew ifastidjati u saħansitra msawwta ġewwa diskoteki.

Alex Caruana, persuna trans u membru fl-MGMR stqarr ma’ Television Malta li l-istudju jinkludi rakkonti xokkanti ta’ fastidju f’Paceville inkluż dak barra id-diskoteki. Is-Sur Caruana qal li l-istudju juri kif persuni LGBTIQ qed jiġu fastidjati minħabba l-ilbies jew għaliex ikunu f’kumpanija ta’ persuna tal-istess sess. Fl-istudju ħadu sehem 210 persuna bil-maġġoranza tagħhom qalu li huma rġiel gay

Is-sur Caruana lmenta li ġewwa d-diskoteki nibtet kultura ta’ diskriminazzjoni.

“L-iktar ħaġa li ħarġet mir-rapport hija li rġiel gay bażikament qed jiġu msawwta u mkeċċijin mill-bars, kemm għax ikunu qed jiżfnu b’mod iffeminat u kemm għax ibusu l-partner tagħhom u għandna ħafna rakkonti min-nies li qalu li ġew il-bouncers qabduhom minn għonqhom u sabtuhom.”

Minkejja d-diversi inċidenti li ġew irraportati f’dan l-istudju, ftit kienu l-vittmi li fittxew il-kenn tal-awtoritajiet hekk kif ir-rapport sab li 7 fil-mija biss għamlu rapport mal-Pulizija

Is-Sur Caruana qal li l-MGRM qed tagħmel diversi rakkomdazzjonijiet fosthom li jiġu regolati l-bouncers li jaħdmu fid-diskoteki f’Paceville u fl-istess waqt jingħata taħriġ lill-ħaddiema li jaħdmu f’dawn id-diskoteki.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed iwissi li r-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Ir-riħ mistenni jilħaq qawwa ta’ forza 6.

Kronaka

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30, raġel Malti ta’ 72 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu. B’dan il-każ ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw, u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna.

Lokali

Tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Bord tal-Housing Affordabbli,  Joseph Bartolo. Magħruf ukoll bħala l-Isloopy, Bartolo kien ukoll consulent fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Bosta qalu li se jibqgħu jiftakruh bħala riformatur soċjali u bejjiegħ…

Aktar