Barranin
Al Bano offiż – jippretendi li l-Ukraina tiskuża ruħha

Wara l-aħbar ta’ ftit jiem ilu, li l-Ukraina qed tqis lil Al Bano fost wieħed mill-aktar persuni perikolużi fid-dinja, il-kantant Taljan ħareġ stqarrija.

Huwa qal li qatt ma għamel xejn ħażin u qed jitlob lill-Ukraina tiskuża ruħha talli akkużatu perikoluż fuq ix-xejn.

Huwa kompla jgħid li huwa persuna paċifika u mhux ġust li l-gvern Ukren qed iqisu bħala terrorist.

ll-gvern Ukren ippubblika lista tal-aktar persuni perikolużi fid-dinja li jimminaw is-sigurtà tal-pajjiż, imniżżel fil-lista hemm il-kantant Taljan Al Bano.

Skont il-gvern Ukren, Al Bano huwa perikoluż għaliex kien issimpatizza mal-President Russu Vladimir Putin.

Ara wkoll:

L-Ukraina tqis lil Al Bano bħala persuna perikoluża

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar