Lokali
Albaniż imfittex mill-Pulizija fuq is-serqa minn Tignè

Il-Pulizija qed tfittex żagħżugħ barrani ta’ madwar 24 sena b’rabta mas-serqa armata li saret minn ħanut tal-ġojjelli f’Tignè Point nhar il-Ħamis li għadda.

Iż-żagħżugħ għandu passaport Albaniż u jismu Ramazan Hysa. Il-Pulizija qed tappella biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 119 / 21 224001 jew l-Għassa ta’ Tas-Sliema fuq 2294 3351.

Waqt is-serqa kienu aġġrediti s-salesman tal-ħanut u ħaddiem tas-sigurtà tal-kumpless Tignè, biż-żewġ ħallelin li użaw baton guns.

Intant tvm.com.mt ilbieraħ irrapporta li l-Pulizija qed tieħu diversi prekawzjonijiet biex is-suspettati ma jaħarbux minn Malta.

Ara wkoll:

ARA: Żewġ persuni feruti waqt hold-up minn ħanut f’Tas-Sliema