Mużika
Album li jfakkar il-legat ta’ Żabett fil-50 anniversarju tiegħu

Emmanuele Cilia “Ta’ Żabett” kien rikonoxxut bħala wieħed mill-iżjed għannejja mirquma fi żmienu fl-era tat-tletinijiet, magħruf għat-timbru partikolari fil-vuċi melodjuża tiegħu u għall-kjarezza li kien ikanta biha meta jinterpreta għanjiet tradizzjonali Maltin.

Ma kinux biss iż-Żebbuġin li kienu japprezzaw it-talenti tiegħu fl-ewwel terz tas-seklu għoxrin, f’kuntest animat u dinamiku meta kienu qed iseħħu żviluppi mingħajr preċedent fl-industrija tal-mużika.

U hekk kif l-identità soċjokulturali u ekonomika ta’ Malta kienet qed tiġġedded fi żmien il-kwistjoni tal-lingwa bejn l-Ingliż u t-Taljan, it-talenti tiegħu wassluh Milan fejn kien wieħed minn grupp ta’ kantanti folk li kienu rrekordjati fi studios professjonali. Għar-riċerkatur tal-mużika Maltija Andrew Alamango, dak kien punt kruċjali fil-ħajja ta’ Emanuele Cilia.

“Huma dokumenti storiċi għal-lingwa, għall-mużika u l-entertainment ta dak iż-żmien, jiġifieri nistgħu naraw u nisimgħu l-mużika, il-materjal u x’valur kien, u qed insemmu l-kwistjoni tal-lingwa, qabel l-1936 meta tfasslet il-grammatika Maltija, u dawn id-diski ħarġu bil-Malti, mhux għana biss anki l-lirika u l-mużika kienet bil-Malti,” qal Alamango.

Il-legat ta’ din il-mawra f’Milan kien album miżgħud b’għanjiet Maltin, rrekordjat taħt t-timbru prestiġjuż tal-HMV studios, il-kumpanija li eventwalment saret l-EMI studios.

Is-Sur Alamango, li stħarreġ bir-reqqa l-mużika taż-Żabett, qal li t-talenti tiegħu ħallew marka u influwenzaw l-għannejja oħra, fosthom il-Budaj.

Anthony D’Amato qal li qatt daqs illum ma reġa’ hawn daqshekk interess fil-mużika tradizzjonali Maltija, hekk kif fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju ta’ Emmanuel Cilia, se jerġa’ jinħareġ l-album komplut bi 38 għanja li ġew irrekordjati fl-1931 u fl-1932, fi proġett li sar b’kollaborazzjoni ma’ Filfa Records u l-Friends of the National Archives.

“L-iktar diski li kienu kienu jinbiegħu kienu tiegħu u l-iktar diski li kienu imfittxijin kienu tiegħu, dak iż-żmien konna bgħattna xi ħames jew sitt artisti Milan, iżda jekk tiċċekja u tara ir-royalties li konna nħallsu u d-diski li konna nipproduċu, iktar li konna nbiegħu u nħallsu royalties vis a vis l-bejgħ, kienu d-diski tiegħu, iżda l-iktar artist, l-iktar diski li kienu jintlabu kienu tiegħu, u għadu hekk sal-lum.”

It-tnedija tal-album se ssir għand D’amato Records li huwa l-eqdem ħanut tad-diski f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Studju li sar mil-Kumpanija EY b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ wera li l-Industrija tal-Yachting tiġġenera aktar minn €100 miljun fis-sena minħabba dħul ieħor dirett għall-Gvern. Id-dettalji ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Ministru…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minkejja li rreżista r-riformi l-Gvern kellu jimplimenta t-tibdil li qaltlu l-Kummissjoni Venezja. Waqt li kien qed jindirizza attività politika fiż-Żurrieq illejla, il-Kap Nazzjonalista qal…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena, Steve Galea li nstab ħati li għex fuq il-prostituzzjoni tas-sieħba tiegħu, skansa l-ħabs wara li biddel ħajtu. Galea, kien ukoll akkużat li flimkien ma’ tnejn oħra,…

Aktar