Politika
Alex Agius Saliba maħtur rapporteur tal-PE dwar il-proposta ta’ ‘charger’ uniku

Il-Membru Parlamentari Ewropew, Alex Agius Saliba, inħatar bħala rapporteur tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta leġiżlattiva għal ‘charger’ wieħed għal kulħadd.

Dr Agius Saliba se jkun qed imexxi n-negozjati mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’isem il-Parlament Ewropew.

Fi stqarrija tal-Partit Laburista, Dr Agius Saliba qal li din il-proposta hija rebħa reali għall-konsumaturi Ewropej li se jkunu jistgħu jużaw ‘charger’ wieħed ghall-apparat elettroniku tagħhom.

Qal li bħala rapporteur qed jara li l-ħidma tiegħu għal ‘charger’ uniku mhux biss se trażżan l-ammont ta’ skart, iżda jkun fattur importanti għall-konsumaturi li ser iwassal għal anqas spejjeż bla bżonn li jammontaw sa €250 miljun kull sena.