Barranin
Alexei Navalny jidher fil-Qorti u jakkuża lill-Putin li qed jipprova jaħkem lir-Russja

Il-kritiku ewlieni u mexxej tal-Oppożizzjoni Russu, Alexei Navalny, illum deher il-Qorti u akkuża lill-President Russu Vladimir Putin li qed jipprova jaħkem lir-Russja għal dejjem u moħħu biss biex jibqa’ fil-poter.

Navalny kien qed jidher għall-ewwel darba fil-pubbliku mindu sentejn u nofs ilu beda jiskonta sentenza l-ħabs, minħabba l-kritika ħarxa tiegħu għall-Kremlin.

Navalny xehed permezz tal-videolink u deher li naqas ħafna mill-piż wara 24 ġurnata fuq strajk tal-ġuħ, imma l-vuċi tiegħu nstemgħet soda u daqstant ieħor kompla bil-kritika kontra Putin.

Huwa akkuża lill-President Russu li qed iċaħħad lir-Russi kollha mill-ġejjieni tagħhom u qed jagħmilhom skjavi tiegħu.