Barranin
Alexei Navalny jirbaħ il-Premju Sakharov 2021 tal-Parlament Ewropew

Il-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għal-Libertà tal-Ħsieb din is-sena ngħata lill-politiku tal-oppożizzjoni Russa u attivist kontra l-korruzzjoni – Alexei Navalny.

Il-President tal-Parlament, David Sassoli, qal li l-Parlament Ewropew qed jirrikonoxxi l-kuraġġ personali ta’ Navalny u jtenni l-appoġġ sod tal-Parlament Ewropew għall-ħelsien immedjat tiegħu.