Lokali
AĠĠORNAT: Alfred Degiorgio jirtira l-istrajk tal-ġuħ

Alfred Degiorgio magħruf bħala l-Fulu, wieħed mit-tliet irġiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia rtira mill-istrajk tal-ġuħ wara tliet ijiem.

TVM kien infurmat li sakemm kien fuq l-istrajk tal-ġuħ, is-Sur Degiorgio kien jinsab taħt osservazzjoni stretta tat-tabib li jinvistah ta’ lanqas darbtejn kuljum.

Huwa beda l-istrajk tal-ġuħ biex jipprotesta kontra l-awtoritajiet tal-ħabs li bħala miżura ta’ prevenzjoni u dixxiplina huwa flimkien ma’ ħuh Alfred magħruf bħala ċ-Ċiniż u Marco Pace magħruf bħala l-pinzell mhumiex jinħargu miċ-ċella mal-priġunieri l-oħra ta’ Division 5 u qed jinħarġu filgħodu jew f’nofsinhar biex ma jiġux f’kuntatt ma’ David Norbert Schembri wara ġlieda li kienet inqalgħet bejniethom xi xhur ilu. Ir-regola tapplika wkoll għal David Norbert Schembri li jinżamm fiċ-ċella meta t-tliet priġunieri l-oħra jinħarġu fid-division.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar