Ippjanar u bini
Alfred Pule jirriżenja mill-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar

Il-Ministru ghat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, laqa’ r-riżenja tas-Sur Alfred Pule mill-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, wara li membru Parlamentari ġibed l-attenzjoni dwar kunflitt ta’ interess li s-Sur Pule’ possibilment seta’ kellu waqt deċiżjoni li ittieħdet mill-Bord tal-Ippjanar fil-jiem li għaddew.

Fi stqarrija tal-Ministeru ntqal li l-Ministru Borg tkellem mas-Sur Pule’, li infurmah dwar bejgħ ta’ art f’Ħal Lija fl-2016, ħafna qabel ma ġie appuntat fuq il-bord.

Intqal li biex titneħħa kull spekulazzjoni jew dubju, is-Sur Pule ma jibqax fuq il-Bord tal-Ippjanar, għalkemm f’kull deċiżjoni li ħa ma kienx hemm interess dirett jew indirett.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Raġel ta’ 68 sena huwa d-disa’ vittma tal-Coronavirus f’Malta dan wara li aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor ta’ 56 sena, li miet bl-istess virus. Ir-raġel ta’ 68…

Ambjent

Studju xjentifiku dwar it-tniġġis tal-arja li ġie ppubblikat f’rivisti internazzjonali, jikkalkula l-effetti fit-tul ta’ dan it-tniġġis fuq saħħet il-bniedem. B’mod ġenerali l-istudju juri tnaqqis fl-elementi fini ta’ tniġġis mal-pajjiż iżda…

Immigrazzjoni

Il-pressjoni tal-immigrazzjoni irregolari mil-Libja lejn ix-xtut Ewropej kompliet żdiedet minħabba l-pandemija li qed twassal biex bosta ħaddiema fil-Libja li ma jikkwalifikawx għall-ażil qed jittantaw xortihom jaqsmu l-baħar. Ċifri li għandu…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Edukazzjoni li jħarreġ persuni biex isiru għalliema, qed isib diffikultà biex joffri l-kors tal-Malti għal dawk li jixtiequ jgħallmu s-suġġett. Il-Kap tal-Istitut Joanne Grima stqarret li l-Istitut għadu ma…

Aktar