Lokali
“Alice in Wonderland” fil-Junior College

Is-soirée hi okkażjoni għall-istudenti tal-Junior College biex juru t-talenti tagħhom iżda mhux biss. Skont l-istudenti, din hi okkażjoni biex isiru jafu aktar lil xulxin u jiffurmaw ħbiberiji ġodda. Din is-sena, l-istudenti tal-Junior College se jippreżentaw Alice in Wonderland.

“Alice in Wonderland” hija l-preżentazzjoni li ħejjew għas-soirée ta’ din is-sena l-istudenti tal-Junior College.

Aktar minn 90 student bejn atturi u membri tal-crew qed jieħdu sehem fis-soiree. Amy Cordina – waħda mill-erba’ diretturi artistiċi spjegat li Alice tidħol f’dinja kompletament differenti minn dik li hi mdorrija fiha . . . dinja aktar kontemporanja.
“Ħadna l-iscript oriġinali ta’ Lewis Carroll jiġifieri u dawwarnieh b’mod iktar kontemporanju, iktar modern forsi iktar jistgħu jirrelataw miegħu żgħażagħ bħali u fil-musical inkorporajna ċertu diski minflok użajna d-diski oriġinali inkorporajna diski li huma daqsxejn kontemporanji wkoll jiġifieri pereżempju f’ċertu scene ħa nużaw Basket Case ta’ Green Day”, qalet Amy Cordina
Id-Direttur Artistiku.

Flimkien mad-direttur ewlieni Steven Oliver, l-istudenti ilhom minn Novembru jħejju għas-soiree. Amy Cordina qalet li din il-preżentazzjoni tirrifletti dak li jħobbu jagħmlu l-istudenti . . . ‘il bogħod mill-kotba u l-istudju għall-‘A’ levels.

“Jaraw l-istudenti jieħdu gost u jiffurmaw qisha familja. Aħna ngħidulha familja hawn ġew għax tibni ċert relazzjonijiet li qatt ma tista’ tibdelhom ma’ xejn”, qalet Amy Cordina.

Is-soiree tal-Junior College se jsir il-Ġimgħa u s-Sibt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuni li l-ġimgħa li għaddiet żaru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid stqarrew ma’ tvm.com.mt li baqgħu ddiżgustati bl-iskart goff mormi barra dan iċ-ċimiterju. L-iskart intlemaħ barra l-ħitan taċ-ċimiterju, mid-daħla ta’ Triq…

Lokali

Fl-intervent tiegħu llum fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika s-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li qal ġie żarmat mir-riżorsi bit-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja u fl-istess waqt qal li daħlu 27 pulizija…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-pjan tal-Gvern għall-Airmalta meta kien qed jindirizza l-Parlament.  Huwa appella għal ftehim mal-unions għax wissa li l-pjani tal-Gvern għat-tkabbir tal-Air Malta ma jkunx sostennibli…

Lokali

Fil-jiem li għaddew bosta kkummentaw fuq il-media soċjali dwar l-inkonvenjent li ħoloq vann meta kien qed jimblokka l-bankina fi Triq it-Torri tas-Sliema. Jirriżulta li l-vann tħalla pparkjat mill-iktar żoni ffrekwentati…

Aktar