Annimali
Allokati €85,000 għall-għaqdiet li jaħdmu favur l-annimali

Tħabbar fond ta’ €85,000 li ser jingħataw lill-Għaqdiet Mhux Governattivi li jaħdmu favur l-annimali.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-drittijiet tal-annimali, Clint Camilleri, qal li dawn il-flus għandhom iservu fost oħrajn biex jiġu rranġati l-postijiet fejn jinżammu l-annimali u jinxtara l-apparat meħtieġ u għall-kura tal-annimali. Hu qal lis-sena l-oħra tlettax-il għaqda mhux governattiva bbenefikaw minn fond ta’ €80,000 għall-istess skop.

Il-Perit Camilleri ħabbar li dalwaqt jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Kunsilli Lokali biex minn fond ta’ €120,000 ikunu jistgħu jiddedikaw postijiet għall-annimali fosthom dog parks u cat cafes.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta qed torganizza wirja bil-proġetti innovattivi li saru mill-istudenti fil-kors tal-Inġinerija. Ta’ kull sena din isservi ta’ pjattaforma biex l-inġiniera ta’ għada juru dak li jkunu…

Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-uniku wieħed barra Pierre Portelli li tkellem fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit u stqarr li ser jagħmel proposti lill-Grupp Parlamentari għat-triq ‘il quddiem. Huwa…

Qorti

Taljan ta’ 44 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie mixli b’serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena. Il-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar l-ieħor minn stabbiliment fi Triq il-Ħġejjeġ,…

Aktar