Alphabet taqbeż lil Apple u ssir l-aktar kumpanija valutata fid-dinja

Il-kumpanija Alphabet li tagħha hija sussidjarja Google ġiet klassifikata bħala l-aktar kumpanija valutata fid-dinja. B’dan ir-riżultat li huwa bbażat fuq il-qligħ tal-kumpanija, Alphabet qabżet lil Apple li waqgħet fit-tieni post.

Fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra Alphabet għamlet qligħ ta’ 4.9 biljun Dollaru Amerikan, żieda ta’ $0.2 biljuni fuq is-sena ta’ qabel. Ir-riżultat wassal biex l-ishma tal-kumpanija telgħu b’9% ftit sigħat biss wara li tħabbar biex b’hekk Alphabet issa għandha valur ta’ $568 biljun, filwaqt li l-valur ta’ Apple huwa ta’ $535 biljun.