Kultura
Ambjent Malta se tirrestawra l-Grotta tal-Buskett

Ambjent Malta se tinvesti madwar €323,000 biex tkun restawrata l-Grotta tal-Buskett.

Kien il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia li ħabbar dan waqt żjara fuq il-post.

Ix-xogħol fuq dan il-monument, li jmur lura għall-Ordni ta’ San Ġwann, mistenni jitlesta sal-bidu tas-sena d-dieħla.

Il-Buskett huwa Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (SAC) u għandu status ta’ Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (SPA).