COVID-19
Amerikan li rredikola t-tilqima tal-Covid imut bil-virus

Amerikan ta’ 34 sena li fuq il-mezzi soċjali pprova jwaqqa’ għaċ-ċajt it-tilqima tal-Covid miet bl-istess virus.

Ir-raġel, Stephen Harmon, kien iwaqqa’ għar-redikolu t-tilqima mas-7,000 segwaċi li kellu fuq il-media soċjali.

Fost oħrajn kien jgħid li jafda fil-Bibbja iktar milli minn Dr Anthony Fauci, l-espert Amerikan dwar it-tixrid tal-mard.

Huwa ddaħħal fi sptar viċin Los Angeles ibati mill-pulmonite u tpoġġa fuq il-ventilator madankollu miet nhar l-Erbgħa.

Harmon kien jagħmel parti mill-Hillsong Church li twaqqfet biex twassal messaġġ favur il-ġustizzja bejn ir-razez.

Il-fundatur tagħha, Brian Houston, għamilha ċara li l-fehmiet ta’ Harmon fuq it-tilqima tal-Covid kienu tiegħu biss u sostna li l-membri tagħhom kienu ħadu t-tilqima.