Barranin
Ammetta li qabel marad bil-Covid-19 kien oħxon wisq

L-obeżità qed tkun ta’ spiss fuq fomm il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, li fil-jiem li għaddew saħansitra daħħal lil Malta fil-kredu dwar din it-tema. Illum hu uża dak li għadda minnu hu fl-aħħar xhur biex jappella lill-Ingliżi inaqqsu mill-piż.

Il-Prim Ministru Johnson ammetta li qabel marad bil-coronavirus kien oħxon wisq. Johnson qal li mindu fieq naqas iktar minn 6 kilogrammi.

“I start the day by going for a run with the dog and quite a gentle run, but actually getting faster and faster now as I get fitter. And the great thing about going for a run at the beginning of the day is that nothing could be worse for the rest of the day.”

Johson qal dan waqt li l-Gvern imbarka fuq kampanja biex jiġġieled l-obeżità li Johnson sejħilha bomba tal-ħin. Il-Gvern Ingliż ipprojbixxa l-offerti li jħeġġu lin-nies jieklu aktar junk food u r-reklamar tiegħu qabel id-disgħa ta’ filgħaxija.

“We want this one really to be sympathetic to people, to understand the difficulties that people face with their weight, the struggles that everybody faces – many, many people face – to lose weight – and just to be helpful.”

L-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż qalu li n-nies b’piż żejjed qegħdin f’iktar riskju li jmutu bil-Covid-19.

https://www.reuters.com/video/?videoId=OVCOLC6DD&jwsource=cl
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

COVID-19

Franza, Spanja u l-Greċja kien fost il-pajjiżi Ewropej li rreġistraw żidiet rekord tal-każijiet ġodda ta’ coronavirus u nisslu biża’ li din tista’ tkun it-tieni mewġa tal-pandemija fl-eqqel tal-btajjel tas-sajf. F’24…

Aktar