Qorti
Ammetta li seraq b’eluf ta’ ewro f’oġġetti minn ħanut f’Ħal Tarxien

Anthony Joseph Xuereb ta’ għoxrin sena ammetta fil-Qorti li seraq b’eluf ta’ ewro f’oġġetti minn ħanut f’Ħal Tarxien.

Il-ħanut insteraq fit-23 ta’ Marzu filgħodu. Il-ġuvni ie arrestat fid-dar tiegħu fejn minn tfittxija li saret instabu l-oġġetti li kienu rrappurtati misruqa.

Fil-Qorti hu ammetta l-akkużi u ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet sakemm tingħata s-sentenza.