Qorti
Ammetta li seraq xi flus biex ikun jista’ jitma lil ħutu

Ġuvni ta’ 18-il sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ammetta akkużi ta’ serq, li wettaq reat waqt perjodu operattiv ta’ żewġ sentenzi mill-Qorti u li naqas milli jidher f’seduta tal-Qorti.

Fis-seduta ħareġ li l-akkużat għandu problemi ta’ saħħa mentali u problemi soċjali oħra. Intqal li hu seraq il-flus biex jitma lil ħutu. Il-prosekuzzjoni u d-difiża qablu li f’dan il-każ l-akkużat għandux jintbagħat il-ħabs iżda għandu jingħata l-kura.

Il-Qorti ordnat li jsir rapport soċjali qabel tagħti s-sentenza. Fil-frattemp għandu jingħata kura għal saħħtu kemm fiżika u mentali u trattament biex jiġu indirizzati l-problemi soċjali.