Barranin
L-amorini li baqgħu jiltaqgħu fuq il-fruntiera

Koppja anzjana, li nzertaw jgħixu f’pajjiżi differenti, anki jekk ġirien, spiċċaw mifruda minn xulxin minħabba l-Covid-19.

Inga Rasmussen ta’ 85 sena tgħix id-Danimarka, waqt li Karsten Tüchsen Hansen ta’ 89 sena jgħix il-Ġermanja.

Il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi ngħalqet biex titnaqqas l-imxija tal-Coronavirus, iżda dan ma waqqafhomx milli jaraw lil xulxin f’distanza sigura.

Huma baqgħu jiltaqgħu kuljum fejn il-fruntiera, ipoġġu bilqegħda faċċata ta’ xulxin u jieklu bukkun waqt li jparlaw, dejjem bl-ilqugħ tal-fruntiera bejniethom.

Dawn iż-żewġ amorini saru famużi wara li s-sindku tar-raħal Tonder kien għaddej bir-rota u ltaqa’ magħhom waqt wieħed minn dawn l-appuntamenti.