Barranin
Amsterdam u Pariġi se jospitaw żewġ aġenziji Ewropej li se jitilqu mir-Renju Unit wara Brexit

Il-belt ta’ Amsterdam fl-Olanda ntgħażlet biex tospita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) li se jkollha tiġi rilokata minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Amsterdam intgħażlet bil-polza wara tliet rounds ta’ votazzjoni mill-Ministri ta’ 27 pajjiż. L-ewwel żewġ votazzjonijiet ntrebħu mill-belt ta’ Milan fl-Italja, iżda wara li s-Slovakkja ġiet eliminata mit-taqtigħa, il-Ministru Slovakk astjena u ż-żewġt ibliet kisbu 13-il vot kull wieħed. Għalhekk l-għażla ġiet deċiża billi l-ismijiet ta’ Amsterdam u Milan tpoġġew f’urna u x-xorti daħqet lill-kapitali Olandiża li issa se tospita l-aġenzija ta’ 900 ħaddiem.

Min-naħa l-oħra, ilbieraħ Pariġi ntgħażlet biex tospita aġenzija ferm iżgħar li wkoll se tiġi rilokata mir-Renju Unit; l-Awtorità Ewropea tal-Banek li tfassal ir-regoli li juża l-Bank Ċentrali Ewropew biex tagħmel stress tests fuq il-banek fl-Unjoni Ewropea.

Bħall-EMA, ġara li kien hemm żewġt ibliet kandidati li spiċċaw ras imb’ras wara tliet sessjonijiet ta’ votazzjoni li huma Dublin u Pariġi.  Għaldaqstant il-Presidenza Estonjana tal-Kunsill tal-UE kellha tirrikorri għall-polza u hawn telgħet bix-xorti l-belt ta’ Pariġi.

L-għażla ta’ fejn se jiġu rilokati dawn iż-żewġ aġenziji saret mis-27 Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal-UE f’laqgħa li saret ilbieraħ fi Brussell.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kumitat Internazzjonali tal-Olimpijadi ivvota unanimament biex il-projbizzjoni kontra r-Russja tista’ titneħħa jekk l-atleti ta’ dan il-pajjiż li qed jikkompetu fi Pyeongchang ma jiksrux iktar ir-regoli tad-doping, jigifieri li ma jiħdux…

Barranin

Nancy Moronez ta’ 60 sena ammettiet li qatlet 3 itrabi bejn l-1980 u l-1985 f’Wisconsin. Moronez qalet li qatlet lil binha ta’ ġimagħtejn f’Marzu tal-1980 hi u ttih banju. Hija…

Barranin

F’Ruma, f’Milan u f’Palermo llum qed isiru diversi dimostrazzjonijiet fil-ġirja għall-elezzjoni ta’ bħal għada ġimgħa. L-awtoritajiet Taljani stmaw li madwar 20,000 persuna attendew dawn id-dimostrazzjonijiet li f’waqtiet minnhom kienu ikkaratterizzati…

Barranin, Kurżitajiet

Meta dari xi ħadd kien imut, f’Malta kellna s-servizz tan-newwieħa jew il-bikkejja; nisa li xogħolhom kien propju li jibku fid-dar tal-mejjet u joħolqu xeni ta’ sogħba. Fiċ-Ċina teżisti tradizzjoni kemmxejn…

Aktar