COVID-19
Analiżi: It-tieni mewga tal-imxija inqas aggressiva mill-ewwel waħda

Fl-aħħar ġimgħat l-awtorità tas-saħħa kompliet tintensifika il-kampanja ta’ testijiet għal coronavirus, bl-ammont ta’ swabs li saru fi ftit aktar min xahrejn qabżu s-56,000.

Analiżi mill-istatistiku Vincent Marmara uriet li minkejja li reġa’ kien hemm żieda fil-każijiet, din sa issa tidher li hija inqas aggessiva minn dik li Malta kellha fil-ħames u s-sitt ġimgħa tal-imxija.

L-awtoritajiet tas-saħħa huma konvinti li ż-żieda fil-każi tal-Covid-19 fl-aħħar jiem kienet għaliex intensifikaw is-swabs tant li fl-aħħar jiem qed jilħqu madwar 1,700 swab kuljum.

L-istatistiku Vincent Marmara qal li meta mqabbel mal-ħames u s-sitt ġimgħa tal-imxija f’Malta – meta kienu jsiru medja ta’ 800 test kuljum – iż-żieda fil-każijiet fl-aħħar jiem kienet inqas b’saħħitha.

Waqt li fil-ħames ġimgħa nstabu 2.6 fil-mija każi pożittivi mit-testijiet li saru, fl-aħħar jiem instabu pożittivi ftit inqas minn 1 fil-mija mit-testijiet li saru.

”Fil-bidu l-persentaġġ kien pjuttost għoli u hawnhekk fejn wieħed jista’ jara bħall-ewwel wave tagħna fejn kellna n-numru ta’ każijiet pożittivi mit-testijiet li kien aktar għoli minn dak li qed naraw bħalissa.”

Dr Marmara qal li x-xejra tal-każijiet fl-aħħar jiem, sa issa hija aktar baxxa minn dik li kellna fil-qofol tal-imxija.

”Il-persentaġġi f’dawn l-aħħar ġimgħat ukoll qed jiżdied iżda mhux bl-istess rata bl-ewwel wave tagħna. Allura anke jekk qegħdin fit-tieni wave xorta tista’ tinżamm ċatta u fir-realtà kif qed naraw s’issa f’dawn il-persentaġġi, din il-wave hija aktar ċatta mill-ewwel wave li kellna.”

Dr Marmara qal li din ix-xejra tista’ tibqa’ tinżamm jekk in-nies tibqa’ ssegwi fost oħrajn id-distanza soċjali.

”Jekk in-nies ma jsegwux l-istruzzjonijiet li qed jagħtu l-awtoritajiet allura hemm hekk jista’ jara li dan il-perstentaġġ jista’ jikber jista’ jilħaq l-istess livelli bħalma kellna fl-ewwel wave jew bir-riskju li jikber iktar.”

Saħaq li l-miżuri ta’ mitigazzjoni li tħabbru mill-awtoritajiet għall-istabbilimenti li ser jiftħu għandhom jiġu segwiti biex ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tibqa’ stabbli.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

Aktar