Ippjanar u bini
André Pizzuto elett President tal-Kamra tal-Periti

Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kamra tal-Periti, il-Perit André Pizzuto kien elett President tal-Kamra b’mod unanimu. Huwa se jkun qed jieħu post il-Perit Simone Vella Lenicker.

Il-Perit Pizzutto serva fil-Kamra tul dawn l-aħħar 6 snin, fejn xpruna l-pubblikazzjoni tal-proposti tal-Kamra għal qafas regolatorju modern
għall-bini u kostruzzjoni f’Malta. Huwa kien ukoll il-persuna nkarigata bit-twaqqif tal-Premju Emanuele Luigi Galizia.

Dr Amber Wismayer ġiet eletta Vici President. Hija ilha sservi fir-rwol ta’ Segretarja Onorarja tal-Kamra sa mill-2013, u ser tibqa’ f’din il-kariga sa l-aħħar tal-2021.

Il-Laqgħa Ġenerali eleġġiet ukoll żewġ membri ġodda tal-Kunsill, il-Perit Matias Camilleri de Marco u l-Perit Adrian Mangion, filwaqt li rrikonfermat lill-Perit Dr Jeanette Muñoz Abela u l-Perit Toni Bezzina.

Matul il-Laqgħa, ġiet imħabbra l-ħatra tas-sur Kevin J. Borg bħala Direttur Maniġerjali tal-Kamra tal-Periti. Huwa ġie inkarigat bl-implimentazzjoni ta’ Business Plan dettaljat u ħolistiku għal tliet snin, li aktar kmieni din is-sena ġie approvat mill-Kunsill.

Isma’ x’qal il-Perit Pizzuto fl-ewwel intervista tiegħu bħala president tal-kamra tal-periti waqt TVAM dalgħodu.