Lokali
Andrew Azzopardi se jmexxi task force mwaqqfa mill-Papa biex taġġorna l-linji gwida fuq il-protezzjoni tat-tfal

Il-Papa Franġisku ħatar task force biex tgħin lill-Konferenzi tal-Isqfijiet tħejji u taġġorna l-linji gwida fuq il-protezzjoni tat-tfal.

Il-Kap tas-Safeguarding Commission tal-Isqfijiet Maltin, Dr Andrew Azzopardi se jkun il-kordinatur tat-task force filwaqt li l-Arċisqof Charles J. Scicluna nħatar ikun parti mill-kumitat ta’ superviżjoni.

Il-mandat tat-task force huwa għal sentejn.