Barranin
Andrzej Duda elett mill-ġdid President tal-Polonja

Andrzej Duda ġie elett mill-ġdid President tal-Polonja, u għadda lir-rivali Rafal Trzaskowski b’maġġoranza żgħira.

Skont il-kummissjoni elettorali tal-pajjiż, Duda kiseb 51.2% tal-voti, f’dik li qed titqies bħala l-iktar elezzjoni missielta sa mill-1989, meta ntemm il-komuniżmu.

Ir-rebħa ta’ Duda tfisser li l-Gvern se jissokkta b’riformi kontroversjali fuq il-ġudikatura u l-oppożizzjoni kontra d-drittijiet LBTIQ u l-abort.

Waħda mill-kwistjonijiet ewlenin fl-elezzjoni kienet fil-fatt ir-relazzjonijiet diffiċli tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Barranin

Tal-inqas 18-il uffiċjal tal-pulizija ndarbu waqt li kienu qed jipprovaw iferrxu l-folla fi protesta kontra l-miżuri tal-lockdown kontra l-coronavirus f’Berlin il-Ġermanja. Il-pulizija qalet li tliet uffiċjali qed jingħataw il-kura fl-isptar….

Barranin

L-astronawti Amerikani Doug Hurley u Bob Behnken mistennija jinżlu fil-baħar ‘il barra mill-kosta ta’ Florida llum, hekk kif iktar kmieni telqu mill-istazzjon spazjali fil-kapsula Dragon Endeavour. Jekk l-astronawti jinżlu b’wiċċ…

Aktar