Barranin
Angela Merkel bi ftehim dwar pjan għal koalizzjoni

Żblokk fil-Ġermanja li ghandu jara lill-pajjiż jifforma Gvern ta’ koalizzjoni wara xhur ta’ inċertezza politika. Il-kanċillier Angela Merkel, li tmexxi l-Partit Demokristjan laħqet qbil mas-Soċjal Demokratiċi biex iż-żewġ naħat jimxu ‘l quddiem għall-ftehim biex jiffurmaw gvern bejniethom.

Jekk jintlaħaq il-ftehim jintemm il-limbu li l-Ġermanja ilha fih minn mindu saru l-elezzjonijiet f’Settembru li għadda. F’Parlament ta’ 709 siġġijiet, id-Demokristjani għandhom 246 siġġu filwaqt li s-Soċjal Demokratiċi għandhom 153. Il-kumplament huma maqsuma bejn il-partiti ż-żgħar fosthom il-Partit tal-Lemin Estrem, l-Alternattiva għall-Ġermanja li rebħu 94 siġġu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Crystal Tadlock, li kienet qed tirritorna lura f’pajjiżha, f’Colorado temmet il-btala tagħha f’Pariġi b’togħma qarsa. Fit-titjira minn Pariġi għal Minneapolis, Crystal ma kilitx it-tuffieħa li ngħatat fuq l-ajruplan waqt il-kolazzjon…

Barranin

Il-Pulizija ta’ Florida rċevew kritika qawwija wara li allegatament irrikorrew biex isibu l-kadavru ta’ Linus Phillip biex ikunu jistgħu jaċċessawlu l-mobile. Linus Phillip, ta’ 30 sena, miet wara li pprova…

Barranin, Kurżitajiet

Beaux Tox huwa kelb tar-razza Labrador Retriever li jidher kemxejn differenti minn klieb oħra tal-istess razza tiegħu. Il-kelb twieled b’deformità f’wiċċu wara li tgħaffeġ f’ġuf ommu. Lil Beau Tox ħadd…

Aktar