Barranin
Merkel irreżenjat minn kap tas-CDU – se tibqa’ Kanċillier sal-elezzjoni

Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel tat l-aħħar diskor tagħha bħala kap tal-partit konservattiv CDU li kienet tmexxi.

Fid-diskors li tat, hija qalet li l-valuri liberali kemm tal-partit kif ukoll tal-pajjiż, għandhom jingħataw il-protezzjoni kemm internament kif ukoll esternament.

Tat x’tifhem li se tkun qiegħda tagħti l-appoġġ kollu tagħha lil Annegret Kramp-Karrenbauer biex tmexxi l-partit flokha fejn Merkel faħħret il-prestazzjoni politika ta’ Karrenbauer bħala ministru ewlieni ta’ Saarland.

Ir-rivali ewlieni ta’ Kramp-Karrenbauer’s huwa l-avukat miljunarju Friedrich Merz.

It-tliet kandidati għal CDU: Annegret Kramp-Karrenbauer, Freidrich Merz u Jens Spahn

Merkel ħarġet bl-unuri hekk kif is-sala fejn tat l-aħħar diskors tagħha dwiet biċ-ċapċip u r-ringrazzjamenti tad-delegati tal-partit u dawk kollha preżenti.

Fid-diskors tagħha Merkel wissiet bi sfidi kbar li se tkun qed taffaċċja d-dinja fil-futur qarib fosthom it-tibdil fil-klima, il-ħajja wara Brexit u li l-UE tibqa’ magħquda.

Merkel se tibqa’ Kanċillier sal-elezzjoni li jmiss iżda mhux se tkun qed tikkuntesta fl-elezzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Shamima Begum –  it-tfajla Ingliża li telqet minn pajjiżha biex tingħaqad mal-Istat Iżlamiku spiċċat welldet fis-Sirja minkejja t-talbiet tagħha. Shamima kienet qalet li xejn ma kienet skurmentata bil-vjolenza li rat…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump sejjaħ lill-pajjiżi Ewropej, fosthom r-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja biex jgħaddu ġuri lill madwar 800 militant tal-grupp li jsejjaħ lilu innifsu Stat Iżlamiku li nqabdu…

Barranin

Il-President tal-Parliament Ewropew, Antonio Tajani qed jaffaċċja kiritka qawwija wara li sejjaħ partijiet mill-Kroazja u l-Islovenja bħala reġjuni Taljani. Id-dikjarazzjoni ta’ Tajani xejn ma niżlet tajjeb mal-ex prim ministri u…

Barranin

Ajruplani militari waslu f’Venezwela bl-għajnuna umanitarja, mal-burdura ta’ Cucuta. L-għajnuna waslet wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Juan Guaidó għamel talba għall-għajnuna. Min-naħa l-oħra, il-President Nicolás Maduro qed jallega li l-għajnuna umanitarja hija…

Aktar