Barranin
Angela Merkel tappoġġja sejħiet għal-lockdown qasir u iebes

Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel qed tappoġġja sejħiet għal perjodu ta’ lockdown qasir iżda aktar iebes bil-għan li titrażżan dik li qed titfisser bħala t-tielet mewġda tal-pandemija.

Fl-aħħar jiem diversi mexxejja reġjonali talbu lill-Gvern biex jordna lockdown aktar riġidu ta’ ftit jiem li jgħin biex ir-rata ta’ infezzjonijiet tinżel taħt il-mija għal kull mitt elf abitant fuq perjodu ta’ sebat ijiem.

Bħalissa tinsab fil-livell ta’ mija u għaxra.