Kurżitajiet
Angelina Jolie tilmenta li Brad Pitt mhux jagħtiha flus biex trabbi lil uliedhom

Angelina Jolie qed tgħid fil-Qorti li Brad Pitt mhux jagħtiha biżżejjed manteniment biex trabbi lis-sitt itfal tagħhom.  Dokumenti li kiseb is-CNN juru kif waqt is-separazzjoni bejn Jolie u Pitt, l-attur mhux jagħti biżżejjed flus lill-attriċi biex ikollha għat-trobbija ta’ uliedhom.

Sorsi qalu lis-CNN li Pitt kompla jonora l-obbligi tiegħu bħala missier u li huwa ta’ dieqa li xi ħadd qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet.  Il-koppja Jolie-Pitt isseparaw f’Settembru tal-2016 wara li kienu ilhom miżżewġin sentejn.  Huma qed jistennew li jiksbu d-divorzju mill-Qrati Amerikani.

Pitt u Jolie kellhom 3 subien u 3 ibniet li għandhom inqas minn 17-il sena.  L-attriċi għandha l-kustodja waħidha tas-sitt itfal.  F’Ġunju li għadda, il-battalja legali għall-kustodja tat-tfal kienet fl-agħar tagħha tant li l-Imħallef qalet lil Jolie tgħid lit-tfal li għall-Qorti mhux ta’ ġid li ma jkollhomx relazzjoni ma’ missierhom.

B’hekk, matul is-sajf, tfasslet skeda ta’ kif it-tfal jistgħu jqattgħu ftit ħin ma’ missierhom ukoll, bejn Los Angeles u Londra.  Jolie xorta waħda baqgħet il-kustodja ewlenija tas-sitt itfal.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ġuvni li għandu għal qalbu l-Malti ma felaħx jara tpinġija ta’ raġel miktuba ħażin u ddeċieda jagħmel waħda minn tiegħu. Ritratt li dar il-midja soċjali ftit tal-jiem ilu b’raġel kburi…

Barranin

L-awtoritajiet Kolombjani splodew binja ta’ tmien sulari f’Medellin, li fiha kien jgħix ħajja lussuża Pablo Escobar, magħruf bħala r-re tal-kokaina. Escobar kiseb fama bħala wieħed mill-ikbar traffikanti tal-kokaina mill-pajjiżi tal-Amerika…

Barranin

Żewġ cruise liners jidher li għaddew wisq qrib ta’ xulxin meta kienu sorġuti fil-port ta’ Buenos Aires, fl-Arġentina. Filmat li nġibed minn passiġier ta’ dgħajsa fl-istess port turi l-vapur MSC…

Barranin

Ħaddiema Estonjani ħadmu flimkien biex salvaw kelb minn xmara ffriżata iżda ħadu qatgħa meta ntebħu x’għamlu b’idejhom. L-annimal sab ruħu f’diffikultà fi xmara ffrizata meta għadd ta’ ħaddiema qalbhom tajba…

Aktar