Kurżitajiet
Angelina Jolie tista’ ssir il-President tal-Istati Uniti li jmiss?

L-attriċi ta’ Hollywood Angelina Jolie indikat li qed tikkunsidra tidħol fix-xena politika fil-futur.  F’intervista fuq il-BBC Jolie qalet li 20 sena ilu ma kinitx toħlom li ssir politiku, iżda issa tħoss li tista’ tagħmel pass ieħor fil-karriera tagħha.

L-attriċi Amerikana li hija l-mibgħut speċjali tal-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda kienet mistiedna fil-programm Today Programme tal-BBC li fih iddiskutiet il-politika, il-media soċjali, il-vjolenza sesswali u l-kriżi globali tar-refuġjati.

Mistoqsija qattx ikkunsidrat issir politiku, Jolie wieġbet li mhux l-ewwel darba li ċċajtat dwar karriera fil-politika, iżda sostniet li lesta taħdem ma’ gvernijiet differenti, għalkemm għalissa se tibqa’ twettaq xogħolha fil-kwiet.

Ippressata mill-preżentatur Justin Webb jekk hux se tkun fuq il-lista tad-Demokratiċi għan-nomina tal-kandidat Presidenzjali, Jolie ma qalitx le, iżda wieġbet “grazzi”.

L-attriċi hija fost numru ta’ mistednin li qed jieħdu ħsieb dan il-programm f’edizzjoni speċjali li qed tittella’ f’dawn il-jiem ta’ festi.  Qed taħdem ukoll mal-BBC fuq programm tal-aħbarijiet għat-tfal li se jibda jixxandar kull ġimgħa mis-sena d-dieħla.

Il-programm huwa mmirat għall-udjenza ta’ bejn is-7 u t-12-il sena bil-għan li jrawwem lit-tfal isegwu l-aħbarijiet internazzjonali, b’enfasi fuq suġġetti bħat-teknoloġija, l-ambjent u l-media soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar