Pulizija
Angelo Gafà maħtur uffiċjalment Kummissarju tal-Pulizija

Angelo Gafà ġie maħtur uffiċjalment bħala l-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid wara li lbieraħ għadda mill-iskrutinju u kien approvat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.

Din il-ħatra ssegwi sejħa pubblika u proċess ta’ għażla mmexxi mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, fl-ewwel proċedura tax-xorta tagħha f’pajjiżna.

Fi stqarrija l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li din il-bidla kienet rikonoxxuta f’rapport pożittiv tal-Kummissjoni Venezja dwar il-governanza f’pajjiżna.

Dr Camilleri sostna li din il-bidla hi waħda minn sensiela ta’ riformi li se jkunu qed iseħħu fil-Korp tal-Pulizija.

Ara wkoll:

Il-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet Pubbliċi japprova n-nomina ta’ Angelo Gafà għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija