Barranin
Annimali jitħallew imsakkrin mill-Pulizija waqt l-investigazzjoni ta’ Skripal

2 fniek tal-indi u qtates li kienu tal-eks spija Russu, Sergei Skripal mietu.

Il-fniek tal-indi nstabu mejta minħabba deidrazzjoni filwaqt li l-qattus nstab għajjien ħafna fid-dar ta’ Skripal.

Dan wara li l-Pulizija ssiġġilaw id-dar minħabba investigazzjoni eżatt wara li Skripal u bintu nstabu mitlufa minn sensiehom nhar l-4 ta’ Marzu.

Id-Dipartiment tal-Ambjent Ingliż qal li meta l-veterinarju seta’ jidħol fid-dar sab li l-fniek tal-indi kienu mietu u l-qattus mhux f’qagħda tajaba tant li traqqad.

Ara wkoll:

L-ispjun Russu Skripal u bintu jinstabu mitlufin minn sensihom