Politika
Anton Refalo jinħatar Ministru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

Veteran fil-politika mal-Partit Laburista, elett fi tmien elezzjonijiet ġenerali konsekuttivi, deputat għal aktar minn tnejn u tletin sena u b’esperjenza fil-kabinett f’żewġ leġislaturi, l-Avukat Anton Refalo nghata l-ġurament tal-ħatra mill-President George Vella bħala Ministru għal Biedja, Sajd u Drittijiet tal-annimali. Dr Refalo wiegħed lealtà u ħidma favur il-pajjiż.

Il-Ministru Anton Refalo qal “kemm jista’ jkun niġġieldu għad-dirttijiet tal-bdiewa u s-sajjieda, għax dan hu pilastru importanti għall-ġżejjer Maltin”

L-esperjenza tiegħu fil-kabinett bdiet fl-1996 meta serva bħala Segretarju Parlamentari għal Għawdex. Fil-leġislatura li għaddiet, hu kien Ministru għal Għawdex. Fil-bidu ta’ din il-leġislatura, Dr Refalo ma ġiex konfermat bħala Ministru u issa nghata responsabilta Ministerjali f’dekasteru iehor li ghal ftit jiem biss kien f’idejn l-Perit Clint Camilleri.

Wara r-rizenja ta’ Justyne Caruana bħala Ministru għal Għawdex, il-Prim Ministru ħatar lil Clint Camilleri li fl-ewwel kummenti tiegħu qabel daħal għal laqgħa tal-kabinett qal li se jassigura li l-Ministeru ta’ Għawdex ikun ta’ kulħadd.

Il-Ministru Clint Camilleri qal “tal-Għawdxin kollha, mingħajr distinzjoni la bejn kulur politiku u lanqas alleanzi. Dik hi wegħda li se nżomm mil-lum ‘il quddiem. It-2 ħaġa nemmen li rridu nagħtu spinta ‘il quddiem lit-toroq u se nkun qed nassigura li we hit the ground running.”

Il-Perit Camilleri ġie elett fil-Parlament l-ewwel darba fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Qabel kien Sindku tal-Qala. Fl-ewwel nofs ta’ din il-leġislatura kien Segretarju Parlamentari tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Il-ġimgħa l-oħra ġie promoss bħala Ministru għall-istess qasam sakemm wara l-iżviluppi tat-Tnejn, il-Prim Ministru biddillu l-portafoll u nkarigah minn Għawdex.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-pandemija tal-Coronavirus biddlet il-ħajja tan-nies f’leħħa ta’ berqa. Din il-bidla iżda kienet iktar diffiċli għall-persuni bl-awtiżmu li jsibuha iktar iebsa biex jibdlu r-rutina tagħhom f’daqqa. Fil-Jum Dinji tal-Awtiżmu, omm ta’…

Saħħa

L-imxija tal-Covid-19 ħalliet ukoll il-marka tagħha fuq id-dentistrija. Id-dentisti qed jaraw biss l-pazjenti għal emerġenzi, bi kważi tliet kwarti tal-proċeduri li s-soltu jagħmlu kellhom jiġu posposti. TVM iltaqa’ ma’ żewġ…

Lokali

Ilbieraħ filgħaxija kull min inzerta fl-inħawi tal-bypass ta’ Birkirkara, San Ġwann u l-Għargħur lemaħ mixgħela fis-smewwiet bħala apprezzament għall-ħidma tal-ħaddiema kollha tas-saħħa li huma fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Fl-inizjattiva…

Trasport

Proġetti identiċi fix-xtut ta’ Bormla u ta’ Tas-Sliema. Infrastracture Malta qed tibni żewġ faċilitajiet li se joffru servizz aħjar u aktar effiċjenti għat-trasport bil-baħar minn u lejn il-Belt. Fix-xatt ta’…

Aktar