Kronaka
Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja.

L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Bank of Valletta ħabbar li minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Ġunju 2020 se jkun qed iżid il-ħinijiet tal-ftuħ tal-fergħat tiegħu għal skeda kważi normali. Minn nhar it-Tnejn, il-Fergħat tal-BOV se…

Immigrazzjoni

Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermat li ddaħħlu Malta grupp ta’ 9 itfal u 18-il mara immigranti. Dan l-AFM qalet sar minħabba raġunijiet umanitarji. It-Tnejn filgħaxija, grupp ta’ madwar…

Kronaka

Libjan ta’ 16-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident ilbieraħ fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija f’Manoel Island meta l-ġuvni qabeż fil-baħar…

Aktar