Kronaka
Anzjan bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding

Għall-ħabta tal-10:00, anzjan weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding f’San Pawl il-Baħar.

L-anzjan ta’ 74 sena kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq scaffolding ma’ faċċata ta’ lukanda meta waqa’ għoli ta’ madwar sular.

L-anzjan ittieħed l-isptar għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.