Kronaka
Anzjan fil-periklu tal-mewt wara inċident fl-Imġarr

Anzjan ta’ 70 sena ttieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr f’ħabta bejn vettura tat-tip Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 70 sena mill-Imġarr u vettura tat-tip BMW misjuqa minn mara ta’ 39 sena mill-Għargħur.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia li ordnat li ssir inkjesta u
ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.