Kronaka
Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn vettura fiż-Żurrieq

Anzjan ta’ 74 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5.45pm fi Triq San Pawl.

Il-Pulizija qalet fi stqarrija li r-raġel intlaqat minn vettura li bdiet tinstaq minn mara ta’ 32 sena miż-Żurrieq stess.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-isptar għall-kura. Iktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.