COVID-19
Anzjan imut waqt li kien pożittiv bil-Covid-19

Anzjan ta’ 70 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ.

L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.