COVID-19
Anzjan imut waqt li kien pożittiv għall-COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 10 persuni oħra li għandhom il-Covid-19 waqt li fiequ 23.

Dan ifisser li n-numru ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 bħalissa huwa ta’ 251.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 14-il pazjent li għandhom il-virus b’4 minnhom jinsabu fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet tela’ għal 460 wara li miet anzjan ta’ 86 sena waqt li kien pożittiv għall-imxija.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 863,183 doża tal-vaċċin b’41,425 minnhom kienu l-booster.

Il-Prof. Gauci tħeġġeġ lil dawk li qed jirċievu l-invit għall-booster biex jitlaqqmu