Kronaka
Anzjan iweġġa’ f’ħabta bejn żewġ vetturi

Il-Pulizija qed tinvestiga ħabta li seħħet ftit tal-ħin ilu f’San Ġwann li fiha weġġa’ anzjan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12.15 p.m. fi Triq il-Mensija.

Fil-ħabta kienu involuti Toyota Passo misjuq mill-anzjan ta’ 75 sena minn San Ġiljan u Landrover misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mis-Swieqi.

Waqt li r-raġel ma jidhirx li sofra ġrieħi l-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Kelliem għall-Pulizija qalilna li s’issa għad mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-anzjan.