Kronaka
Anzjan iweġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum

Anzjan ta’ 71 sena mill-Ħamrun weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00 a.m. ġo residenza fi Triq id-Duluri, iż-Żejtun.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.