Barranin
Anzjan jeħel 4 xhur ħabs talli sawwat qattus bi xkupa

Fl-Italja, raġel ta’ 62 sena weħel erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li sawwat qattus bi xkupa. Din hija l-iktar piena ħarxa li qatt ingħatat minn Qorti Taljana b’rabta ma’ moħrija tal-annimali.

Kienu l-ġirien tal-anzjan, li jgħix fi Trapani, li rrappurtaw il-każ ta’ moħrija. Allegatament il-qattus kien daħal f’banju bil-ħwejjeġ li kienu għadhom kemm inħaslu, u ħammeġ fih.

Ir-raġel ċaħad li kien sawwat lill-qattus, u sostna li kien ħabbat biss l-ixkupa mal-art biex igerrex lill-qattus.

Il-Qorti iżda m’emmnitux, u spiċċat biex ikkundannatu piena ikbar minn dik mitluba fl-akkużi.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar